top of page

Binja tat-Tieni Sular

Updated: Feb 19

mill- 2023 s'issa


Fost il-hidma li l-kumitat dahal ghaliha kien hemm ukoll il-ħidma fuq l-ikbar proġett li qatt sar fil-Każin tagħna. Qed nirreferi għat-tkabbir tal-Każin u l-bini tat-tieni sular.  Kif konna wegħdna fis-sena 2023, tlestew il-pjanti wara ħafna laqgħat u pariri ta’ enġiniera, perita u surveyors u f’ Jannar 2024 ġew sotomessi lill-Awtorita’ tal-Ippjanar.  Nistgħu ngħidu li l-proċess mexa b’pass tajjeb u wara li kellna l-ewwel komunikazzjoni mal-Awtorita’ beda il-process sabiex niffinalizzaw il-fondi tieghu.



Jannar 2026

Il-bini tat-tieni sular miexi ġmielu. Grazzi ħafna lil kulħadd tas-sostenn partikolarment lill-Perita Audrey Ann Attard, lill-kuntrattur u lil kull min qed joffri l-għajnuna tiegħu. Inħallu f' idejn Marija Immakulata ħalli tkompli tħarisna f' dan il-proġett. Grazzi lill- Planning Authority u Il-Hamrun - Kunsill Lokali Hamrun


3 ta' Jannar 2026

Il-Wisq Ris. Sindku Christian Sammut flimkien mas-segretarju tal-Ghaqda Josef Spiteri fuq il-Programm Malta u lil hinn minnha, jaghtu aktar informazzjoni dwar il-progett li qed isir fuq il-bini tat-tieni sular tal-kazin. Grazzi TVM


Ara aktar hawn >>> https://tvmi.mt/episode/158497





3 ta' Dicembru 2024

Propju fil-Jum iddedikat lill-Persuni b'dizabilita gie iffirmat il-kuntratt mal- fond tal- Planning Authority fuq il-progett tat-tieni sular. Is-Sala l-gdida ser toffri iktar opportunitajiet u attivitajiet ghall-Parruccani u l-Hamrunizi kollha bis-sehem tal-Kunsill Lokali. Dan il-progett ser jaghmel ukoll il-kazin taghna iktar accesibbli ghal kulhadd. Grazzi lis-Sindku Christian Sammut u l- Il-Hamrun - Kunsill Lokali Hamrun tas-Sapport. Inkomplu nahdmu u nkabbru l-Ghaqda Taghna.

Inpoggu fil-prattika l-motto taghna : Inkluzjoni, Accesibilita', Komunita', Diversita'.




12 ta' Settembru 2025

Fil-Festa tal-Isem Mqaddes ta' Marija, ġie ffirmat il-kuntratt mal-kuntrattur sabiex b'hekk inkunu nistgħu nagħtu bidu għall-Ħolma tagħna.

Illum tneħħew il-panelli u ġiet żarmata l-kamra tal-bejt u raff ta' fuq il-bejt. Grazzi lil Eddie Scerri li offra l-għajnuna tiegħu. Nagħmlu appell lill-membri tagħna sabiex toffru l-għajnuna sabiex dan il-proġett ikun lest fl-iqsar żmien. Nitolbu lil Marija Immakulata sabiex tħarisna sabiex il-każin li jġieb l-isem tagħha ikompli joffri l-għajnuna lil kulħadd fi spazzju u faċilitajiet aħjar għal kulħadd. Viva l-Banda tagħna. Viva l-Banda tal-Patruna.




25 ta' Gunju 2023

L-Onorevoli Stephan Zrinzo Azzopardi waqt riceviment tal-festa ihabbar li l-kazin taghna ser jibbelenefika minn fondi konsiderevoli mil-Fond tal-Awtorita' tal-Ippjanar.





30 ta' Jannar 2023

Waqt il-laqgha Generali l-kumitat flimkien mal-Perita Audrey Ann Attard jgahti l-ewwel indikazzjoni tal=Progett tal-Bini tat-Tieni Sular. Il-perita spjegat il-pjanti tal-post kif gejjien u l-kumitat talab ghal vot mill-membri sabiex jiskatta il-process tal-hidma fuqu.



Comments


Abbona għan-Newsletter Tagħna

Grazzi!

© 2021 Banda Kuncizzjoni Ħamrun.

5, Pjazza Kappillan Muscat, Ħamrun 

  • Facebook
  • Instagram

Din il-website hija ko finanzjata mill-Agenzija Żgħazagħ flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda.

ghaqda kazini tal-banda_edited.png
AZ logo big.png

Proudly designed and developed by​

bottom of page