top of page

Festa Liturgika tal-Immakulata

Updated: Dec 15, 2023

8 ta' Dicembru 2023




Memorji sbieh tal-attivita li kellna nhar il-Ġimgha 8 ta' Diċembru 2023 f'ħoġor Marija Immakulata. Nhar il-Ġimgħa 8 ta' Diċembru, proprju fil-Jum tal-Patruna, inawgurajna il-Pittura tas-Saqaf tas-Sala tal-Każin. Issa nistgħu ngħidu li s-Sala hija lesta. Nirringrazzjaw lil Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, lill-Ministru Julia Farrugia Portelli, lill-Kap Ezekuttiv lis-Sur Mauro Pace Parascandolo u lill-artist s-Sur Kurt Friggieri. Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-iskema VOPS 2023.


Inkomplu Noħolmu - Nwettqu - Nikbru. Lejn il-45 sena anniversarju tal-Għaqda taghna 1979 - 2024.


Fil-Jum tal-Immakulata lis-Sur Carmelo Zammit u lis-Centorino Innocento membri tal-ewwel kumitati tal-Għaqda taghna ġew mogħtija l-onorifiċejnza bħala membri onorarji għax-xoghol li wettqu fis-snin bikrija tal-Għaqda Muzikali Immakulata Kunċizzjoni. Grazzi mill-Qalb tal-ħidma tagħkom u nirringrazzjawkom li ingħaqadu magħna. Nifirħu u Nirringrazzjaw lill-Membri Onorarji li ħadmu bħala segretarji u kaxxiera fis-snin li għaddew. GRAZZI MILL-QALB tal-Ħidma tagħkom. Il-kontribut li intom tajtu mhu ser jintesa qatt. Grazzi lil Domenic Ellul Lanfranco, Simon Spiteri, Mark Edward Galea, Joseph Borg Mifsud, Keith Robert Galea, Edward Scerri.




Nhar il-Ġimgha, fil-Festa ta' Marija Immakulata ġiet inawgurata bandiera ġdida. Din il-bandiera ġiet imħallsa minn partitarji u membri tal-Għaqda tagħna. Grazzi lil SENC Flag printing Malta tax-xoghol. Li wieħed jiftakar f' dawk li sawru l-Għaqda tagħna fiż-żmien li għadda huwa dover u obbligu. Dak li għandna llum huwa frott il-ħidma ta' qabilna. Matul is-sena tal-45 anniversarju qed infakkru wkoll membri tal-Kumitati preċedenti li llum m'għadhomx magħna imma qegħdin f' post aħjar ħdejn il-Patruna tagħna. Għalhekk nhar il-Ġimgħa 8 ta' Diċembru ftakarna fil-mibki Tony Aquilina kif kienu magħruf magħna u wkoll lill-mibki Frans Bezzina. Grazzi lill-familjari tagħhom li nagħqdu magħna u aċċettaw dan ir-rikonoxximent. Inwegħdukom li nibqgħu niftakru fl-għeżież tagħkom.


Ma nistgħux ma nirringrazzjawx lill-Wisq Reverendu l-Kappillan għax-xogħol li wettaq matul l-ewwel sena mill-parrokat tiegħu. Kappillan il-preżenza tiegħek fostna, fl-attivitajiet li nagħmlu u fil-laqgħat li norganizzaw napprezzawhom ħafna. Għalkemm kull ma ilek magħna 52 ġimgħa nistgħu ngħidu li nħossu li ilek snin magħna. Il-Ħidma li wettaqt fil-Parroċċa hija kbira u lista ma taqta xejn. Insemmu r-restawr tal-Vara għażiża tagħna li issa reġgħet ġiet lura fostna, it-tisbiħ tat-tempju tagħna u restawr taż diversi opri, l-attivitajiet li organnizajt li wħud kienu mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni fosthom il-Pellegrinaġġ peagant Kristu fi Triqatna u diversi okkażżjonijiet ta' ferħ li kellna flimkien. Kieku wieħed kellu jikteb kull ħaġa li wettaqt ma jispiċċax. Għalhekk f' isem il-Kumitat nixtieq għall-darb'ohra nawgurawlek u nwegħduk l-appoġġ tagħna għax-xhur u s-snin li ġejjien. GRAZZI kbira tal-appoġġ tiegħek. AD MULTOS ANNOS. Il-President u l-Kumitat.


Nirringrazzjaw lill-Wisq Rispettabli Sindku li nhar il-Ġimgħa għoġbu jattendi għall-attivita' li organizzajna f' Jum l-Immakulata. GRAZZI Kbira tal-appoġġ tiegħek matul is-sena kollha. J' Alla nkomplu naħdmu flimkien fix-xhur li ġejjien.


Grazzi lill-Onorevoli Ray Abela li nhar il-Ġimgħa 8 ta' Diċembru għoġbu jiġi għall-attivita ħelwa li kellna fi Pjazza Kappillan Muscat. L-Onorevoli Abela mhux biss għogbu jattendi għal din l-attivita' iżda wkoll irregala laptop lill-Kumitat sabiex jintuża fil-laqgħat u fl-attivitajiet li norganizzaw. GRAZZI Kbira Onorevoli Abela li emmint fl-Għaqda Tagħna u għoġbok tattendi. Il-Preżenza tiegħek kienet ferm apprezata. Nerghu niltaqghu fl-attivitajiet li jmiss. GRAZZI HAFNA


Nirringrazjaw lis-Sinjorina Vanessa Scicluna li bil-vuċi tagħha animat u sebbħet il-Jum tal-Immakulata. Grazzi Vanessa tas-sehem tiegħek lis-Soċjeta tagħna. Naprezzaw ħafna. Prosit tal-leħen sabiħ tiegħek u tal-kontribut tiegħek matul is-sena.










24 views0 comments

Recent Posts

See All

Commentaires


bottom of page