top of page

FESTA TITULARI tal-Immakulata Kuncizzjoni fil-Hamrun

Updated: Jun 13

mis-25 ta' Gunju sal-5 ta' Lulju 2026



Idhol fil-Holqa u ara l-Promo bit-tema tal-Festa 2026 - I Belong to something new


IL-ĦAMIS 25 TA’ Ġunju 2026 - 19:30hrs

Carcade mat-Toroq tal-Parroċċa organizzata mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni, li titlaq minn quddiem il-knisja tal-Franġiskani.


Il-ĠIMGĦA 26 TA’ Ġunju 2026 - 20:00hrs

Bibita għall-membri u mistiedna oħra mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjon quddiem il-Każin fi Pjazza Kappillan Muscat.

Carcade mat-Toroq tal-Parroċċa organizzata mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni, li titlaq minn quddiem il-knisja tal-Franġiskani.

IS-SIBT 27 TA’ ġunju 2026

Il-Kumitat u l-membri tal-għaqdiet tal-Parroċċa ser imorru jagħtu d-demm fil-Bank Nazzjonali tad-Demm. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jingħaqad magħna f’dan il-ġest nobbli.

6.30p.m. Il-Kumitat jattendi għall-quddiesa bil-ħruġ tal-vara min-niċċa.

9.00p.m. Warm Up Party fi Pjazza Kappillan Muscat.


IT-TNEJN 29 TA’ Ġunju 2026

6:45pm Purċissjoni tat-tfal mill-knisja Parrokkjali sal-Head Quarters tal-

Iscouts bis-sehem tal-Iscouts li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri,

Villambrosa, Duluri, Maitland, Ferrovija sal-Head Quarters tal-Iscouts.


IT-TLIETA30 TA’ ĠUNJU 2026 - 20:00HRS

Ikla tal-Festa fil-Pjazza Kappillan Muscat quddiem il-Każin tal-Għaqda Mużikali

Immakulata Kunċizzjoni organiżżata mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni.

Serata ta’ divertiment fuq il-planċier fi Triq Kappillan Mifsud.


L-ERBGĦA 1 TA’ LULJU 2026 - 21:00hrs

Serata ta’ divertiment fuq il-planċier fi Triq Kappillan Mifsud.


IL-ĦAMIS 2 TA’ LULJU 2026

8.00pm Marċ mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni madwar it-toroq tal-Parroċċa li jibda minn quddiem il-knisja fi Triq Manwel Magri, Guze Pace, Pace Forno, Vincenzo Bugeja (sat tarf Triq il-Lunzjata), Barth, Lord Byron, Adelaide Cini, Kanonku Bonnici sal-Pjazza fejn tittella’ l-istatwa tad-dimostrazzjoni fuq il-kolonna.

Wara kunċert fuq il-planċier mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni.


IL-ĠIMGĦA 3 TA’ LULJU 2026 - 20:30hrs

Kunċert Vokali u Strumentali “SINFONIJA MALTIJA” fit-Triq Kappillan Mifsud mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni, taħt id- direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Chircop. Wara l-kunċert issir il-preżentazzjoni tal-fjuri f’riġlejn il-monument tal-Immakulata.


Idhol fil-Holqa u ara l-Promo tal-Kuncert Annwali 2026 - Sinfonija Maltija


IS-SIBT 4 TA’ LULJU 2026

8.00p.m. Marċ mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni li jgħaddi minn dawn it-toroq: Mimosa, Duluri, Nuzzo, Alexander, Joe Sciberras, Turu Lentini, Danny Cremona, Ursolini, l-Isptar, Qrejten, Pjazza Kappillan Muscat, Triq Kappillan Mifsud, Triq Manuel Magri san-nar tal-art (jispiċċa fil-11.00p.m)

9.00p.m. Kwintett mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni fuq il-planċier fi Triq Kappillan Mifsud.

11.00p.m. Ikun hemm il-Logħob tan-Nar tal-art.


IL-ĦADD 5 TA’ LULJU 2026

11.00a.m. Marċ mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni li jgħaddi minn dawn it-toroq: Kappillan Mifsud, Tram, Roger Debattista, Liceo, Wenzu Mallia, Kappillan Valletta, Kappillan Mifsud, Manwel Magri, Duluri, Ferrovija, Maitland, Duluri, Sqaq No 1, Duluri, Pawlu Burlo, Kunċizzjoni, Fatati sa Pjazza Kappillan Muscat. Wara l-marċ show tal-karti u kuluri fi Triq Kappillan Mifsud.

7.30p.m. Purċissjoni bil-Vara artistika u devota ta’ Marija Immakulata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo, Duluri, Indri Cilia, Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Guże Maria Camilleri, Villambrosa, Franġiskani, Kappillan Mifsud sal-knisja. L-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni ser takkumpanja l-Purċissjoni bl-Istatwa għażiża tagħna ta’ Marija Immakulata.





Idhol fil-Holqa u ara l-Promo tal-Festa 2026 - 1


Idhol fil-Holqa u ara l-Promo tal-Festa 2026 - 2


Idhol fil-Holqa u ara l-Promo tal-Festa 2026 - 3



Comments


Abbona għan-Newsletter Tagħna

Grazzi!

© 2021 Banda Kuncizzjoni Ħamrun.

5, Pjazza Kappillan Muscat, Ħamrun 

  • Facebook
  • Instagram

Din il-website hija ko finanzjata mill-Agenzija Żgħazagħ flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda.

ghaqda kazini tal-banda_edited.png
AZ logo big.png

Proudly designed and developed by​

bottom of page