top of page

Inawgurat stair-lift gdid

Updated: Jan 19, 2022

18 ta' Jannar 2022


L-Onorevoli Ministru Dr. Julia Farrugia Portelli, illejla nawgurat l-istairlift il-gdid li gie installat fis-sede tas-Socjeta taghna. Dan l-istairlift ser jghamilha aktar facli li nies b'dizabilita jew anzjani b'diffikulta ta' mobilita li jkollhom access ahjar ghas-sala tal-kazin u l-attivitajiet li jsiru fiha. Dan il-progett gie ffinanzjat mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Organizzazzjonijiet Volontarji. Waqt diskors taghha l-Ministru sahhqet fuq l-importanza li anzjani u nies b'dizabilita` ma jkunux minsija jew maqtugha barra mis-socjeta sempliciment ghax ma jistghux jaccessaw post. Fahhret il-hidma tal-kumitat b'risq il-qasam socjali u nies vulnerabbli. Il-President waqt id-diskors tieghu semma li s-socjeta` taghna hija waha innovattiva u nklussiva. Semma l-Akkademja Muzikali bis-sehem ta' Persuniti B'dizabilita' u habbar li permezz ta' Fondi li applikajna ghalihom ser ikollna tlett wrijiet fis-sala tal-kazin bis-sehem ta' Persuni b'Dizabilita'. Il-Wisq Rev. Kappillan Dun Mario Mifsud bierek dan il-progett.







Commentaires


Abbona għan-Newsletter Tagħna

Grazzi!

© 2021 Banda Kuncizzjoni Ħamrun.

5, Pjazza Kappillan Muscat, Ħamrun 

  • Facebook
  • Instagram

Din il-website hija ko finanzjata mill-Agenzija Żgħazagħ flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda.

ghaqda kazini tal-banda_edited.png
AZ logo big.png

Proudly designed and developed by​

bottom of page