top of page

Laqgha Generali Elettiva 2022

Updated: Jan 22, 2022

21 ta' Jannar 2022


Għażiż Membru,


L-ewwelnet is-Sena t-Tajba mimlija Hena, Paċi u Saħħa


Hekk kif ġejt infurmat permezz tal-ittra li ntbgħatet f’ Novembru, nixtieq nfakkrek li l-laqgħa Ġenerali Annwali Elettiva ser issir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Jannar 2022 fis-sede` tas-soċjeta` tagħna. Il-laqgħa tibda fis-7:00Pm b’nofs siegħa tard jekk ma jintlaħaqx quorum. Flimkien ma din iċ–ċirkulari għandkom issibu kopja tan– nominazzjonijiet għall-kumitat eżekuttiv skond l-artiklu 25 tal-istatut. In-nominazzjoni trid tintbgħat lis–Segretarju sa mhux aktar tard min 7 t’ijiem qabel l-elezzjoni. Ma jistgħux jikkontestaw dawk li għandhom kondotta negattiva mal-pulizija. Għalhekk nixtieqek tagħti mportanza lil din il-laqgħa. Il-preżenza tiegħek tiswa biex tistimola u biex tħeġġeġ aktar lill-membri tal-kumitat għall-ħidma tagħhom.


Programm Laqgħa Ġenerali

Ħatra tas– sedja

Approvazzjoni ta` l-Aġenda

Qari u Approvazzjoni tal– Minuti tal– Laqgħa ġenerali preċedenti

Qari, diskussjoni w approvazzjoni tar– rapport annwali mressaq mill– Kumitat Eżekuttiv

Qari, diskussjoni u approvazzjoni tar– rapport finanzjarju

Ħatra tal– Kummissjoni Elettorali

Aġġornament għall-ġranet tal– elezzjoni. Jew approvazzjoni tal– kontestanti.

Premju lill-iktar membru attiv tas- soċjeta.


Menswalita`

Infakkar lil dawk li għandhom il-menswalita` b’lura biex jaġġornaw. Dan tista` tagħmlu jew billi tibgħat ċekk lill-Kaxxier fl-indirizz t’hawn fuq jew inkella tista` tibaghat ħlas fuq BOV jew Revolut fuq 99881876 jew tavviċina xi membru tal-kumitat. Kull min jrid li jirregola ruħu jista` jagħmel dan ukoll fil-Laqgħa Ġenerali.

Josef Spiteri

Segretarju Ġenerali


Tista` tnizzel in-nominazzjoni minn hawn;


Fil-laqgha Generali gie mahtur Membru Attiva tas-sena s-sur Simon Spiteri filwaqt li s-sur Robert Farrugia nhatar bhala Membru Onorarju tas-socjeta`.



76 views0 comments

Recent Posts

See All

Commentaires


bottom of page