WARDA Collection
Updated: May 10
Kollezzjoni ta' Fidi, Imhabba u Tama
4 ta' Mejju 2026
F’Jannar li għadda waqt is-seduta Ġenerali ftakana kemm l-għaqda tagħna wasslet it-tema tal-Warda, anke f’postijiet barra minn xtutna. U għalhekk fl-istess laqgħa ħareġ li bħala għaqda kellha tkun magħrufa ukoll bħala tal-Warda.
Sabiex ikollna kommemorazzjoni ta’ dan il-laqam il-kumitat ħareġ bl-ideja li nidħlu fi proġett ambizzjuż ieħor. Dak li nkunu l-ewwel banda Maltija li għandna l-ġojjellerija tagħha b’kunċett ġdid, frisk u kontemporanju, filwaqt li jzomm certa eleganza u spiritwalita'. Din hija il-Kollezzjoni Warda (Warda Collection) li flimkien mal-Kumpanija Cessani ħsibna sabiex tinħareġ kollezzjoni ta’ Pendenti (lockit) u żewġt ċpiepet oriġinali fuq disinn bil-warda. Grazzi lis-sinjura M’Grace Pisani li mill-ewwel emmnet f’dan il-proġett u offriet l-għajnuna kollha possibbli. Issa jonqos lilkom sabiex takkwistaw din il-kollezzjoni. Din il-kollezzjoni tistgħu ssibuha mil-ħanut ta’ Cessani fil-Mosta jew mill-każin tagħna, jew mis-siti rispettivi. Ma din il-Kollezzjoni nħareġ logo ħelu tal-warda li ser jakkumpanjana fl-istorja tal-każin. Kif qed tinnutaw qed nippruvaw noħorġu mis-soltu “comfort zone” u nimirħu f’diversi oqsma differenti, b’hekk aktar nies minn oqsma differenti isiru jafu bina u b’dak li nagħmlu.
Tista' taghmel l-ordni tieghek fuq 99881876







Ara Aktar fil-holoq t'hawn taht:
il-Hsieb tal-Gojjellerija >>>
Il-Kuncett tal-Frazi "Inti l-Isbah Warda fil-Gnien ta' Hajti" >>>
Il-Kuncett tal-Kollezzjoni




Comments