29.8.2024
Is-Sur Jeffrey Saliba f'isem The Malta Records, il-bieraħ quddiem is-sede tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun ippreżentat 2 rekords nazzjonali ġodda fil-gżejjer Maltin.
1. L-ewwel banda Maltija li telgħet iddoqq f'Lourdes, fi Franza. Dan seħħ bejn is-27 t'April u l-1 ta' Mejju, 2024.
2. L-ewwel banda Maltija li qed tagħmel użu minn passenger lift mal-planċier tas-Soċjetà, aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà. Il-lifter huwa kbir 1m 18cm x 1m 18cm u jogħla sa metru.
Ghalina huwa ta unur mhux biss ghax konna l-ewwel fit-tnejn li huma izda ghax konna pijunieri fil-qasam socjali u dak edukattiv, billi hrigna lill-hinn mis-soltu kultura tradizzjonali tal-baned Maltin.
KBURIN LI WASALNA
Din hija l-vera BANDA TA' KULHADD.
Aqra aktar fil-gurnali lokali:
Flimkien ma Stephanie Cassar fuq il-programm Bejnietna fuq NET TV - nghatu harsa lejn l-attivitajiet u l-kisbiet li din l-ghaqda taghna ghamlet f'danw l-ahhar xhur.
Commenti