Kull Uri
Updated: Oct 7, 2022
Wirja ta' Arti minn persuni b'dizabilita'

Il-Programm propost huwa kif gej:
Introduzzjoni mis-Segretarju Generali
Kelmtejn mill-President yas-Socjeta' Antoine Scicluna
Muzika min Queven Vella fuq il-pjanu
Kelmtejn mill-Onor Ministru Julia Frrugia Portelli
Muzika mill-istudenta ta' Villa Bianca fuq il-Pjanu
Muzika min Maria Munro fuq id-drums
Kelmtejn mill-Eccelenza President Emeritus Dr Marie Louise Coleiro Preca
Prezentazzjoni tac-certifikati lil-esebituri
Ftuh tal-Wirja u Tberik
Bibita ghall-esebituri, musicisti u l-genituri
"Dan il-Kumitat ta'din l-Ghaqda Muzikali huma l-AMBAXXATURI tal-Inklussivita` f'Pajjizna "
Eccellenza taghha Marie Louise Coilero Preca - 28/9/2022
"J'Alla l-flessibilta' fil-principju tal-Volontarjat espress fil-konkret mid-dirigenti tal-Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni Hamrun, iservi ta' ezempju biex ghaqdiet volontarji ohra jiddiversifikaw hidmiethom"
Onorevoli Ministru Julia Farrugia Portelli - 28/9/2022
Grazzi Tmur ukoll lil
Inpsire
Dar tal-Providenza
Fram Football
Visual and non Visual Network
Agenzija Support
Fondazzjoni Nazareth
Equal Partners
Rebecca Formosa
Jacob Formosa
Francell Pace Agius
Ecc. Taghha Marie Louise Coleiro Preca
Onor Ministru Julia Farrugia Portelli
Wisq Risp. Sindku Chris Sammut
Wisq Rev Mons. Joe Bajada
Mrs Beverly Scerri
PR221272
30/09/2022 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUÅ»JONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Wirja ta’ xogħlijiet ta’ arti minn persuni b’diżabilitÃ
Aktar minn 80 persuna b'diżabilità qegħdin jesebixxu xogħlijiet ta' arti f'wirja organizzata mill-Għaqda Mużikali Immakulata KunÄ‹izzjoni tal-Ħamrun, fis-Sede tal-każin tagħha. Din hija t-tieni wirja tax-xorta tagħha u diġà għaddej ix-xogħol biex f'DiÄ‹embru li Ä¡ej tittella' t-tielet waħda. Il-wirja, bit-tema KullUri, deskritta bħala wirja ta' inklużjoni li qed tesebixxi l-arti, il-kapaÄ‹itajiet u l-kwalitajiet ta' persuni b'diżabilità , Ä¡iet inawgurata mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli. L-Għaqda Mużikali Immakulata KunÄ‹izzjoni hija waħda minn diversi għaqdiet volontarji li bbenefikaw minn skema ta' fondi, Libertà Li Tgħix, maħruÄ¡a mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur. Permezz ta' dawn il-fondi, l-għaqda investiet fl-infrastruttura tal-każin għal aktar aċċessibilità għal persuni b'diżabilità . Fondi u skemi oħrajn imnedija mill-ministeru qegħdin iservu biex issir differenza pożittiva u tanÄ¡ibbli fil-komunitajiet. Il-Ministru Farrugia Portelli ddeskriviet il-ħsieb tal-Għaqda Mużikali Immakulata KunÄ‹izzjoni li torganizza inizjattivi inklussivi li jmorru lil hinn mill-għan mużikali tagħha, bħalma hija l-wirja KullUri, bħala eżempju ħaj tat-terminu inklużjoni. “Din hija attività li qed tirrappreżenta żewÄ¡ prinÄ‹ipji nobbli, il-volontarjat, kif rifless mid-diriÄ¡enti u l-membri ta' din l-għaqda u l-aġġornar li qegħdin jintroduÄ‹u f'ħidmiethom biex b'mod prattiku jħaddmu l-prinÄ‹ipju tal-inklużjoni. Magħhom ukoll is-sens ta' kollaborazzjoni li l-għaqda qed tibni ma' għaqdiet volontarji oħrajn biex b'mod kreattiv bħal dan verament jitħaddem il-prinÄ‹ipju tal-inklużjoni," qalet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca qalet li huwa sabiħ li l-inklużjoni fil-komunitajiet tagħna qiegħda sseħħ ukoll fil-mużika u fil-kultura, grazzi għal nies ta' impenn bħal dawk tal-Għaqda Mużikali Immakulata KunÄ‹izzjoni. Il-President Emeritu qalet li jekk inkomplu ningħaqdu fis-sehem u d-dmir tagħna bħala poplu, allura nkunu qegħdin nassiguraw inklużjoni effettiva fil-komunitajiet tagħna. L-Assistent Segretarju tal-Għaqda Mużikali Immakulata KunÄ‹izzjoni Raphael Scerri spjega kif din hija t-tieni wirja minn fost tliet wirjiet li qed jittellgħu biex jingħata spazju lill-persuni b'diżabilità biex jesebixxu t-talenti u l-abilitajiet tagħhom. Is-Sur Scerri appella għal artisti oħra biex jingħaqdu għat-tielet wirja li se tinfetaħ il-Ħamis 1 ta' DiÄ‹embru. Min jixtieq jipparteÄ‹ipa għandu jibgħat email fuq bandakuncizzjoni@hotmail.org jew iÄ‹empel fuq 79000490. Fl-inawgurazzjoni tal-wirja ħadu sehem ukoll mużiÄ‹isti mill-Iskola tal-Mużika Villa Bianca, l-ewwel skola tal-mużika f'Malta għal tfal u żgħażagħ b'abbiltajiet differenti, immexxija mill-Malta Trust Foundation. Il-wirja se tibqa' miftuħa sa nhar il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2022. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Ä imgħa 30 ta' Settembru bejn il-5:30 p.m. – 8:30 p.m., is-Sibt 1 ta' Ottubru bejn il-5:30 p.m. – 8:30 p.m. u l-Ħadd 2 ta' Ottubru bejn 9:30 a.m. – 12:00 p.m. u l-5:30 p.m. – 8:30 p.m. ​
1.10.2022 Artiklu Flessibilta' fil-principju tal-volontarjat. It-Torca
Artiklu mill-Onor. Ministru Julia Farrugia Poretelli fuq il-Gazzetta lokali "It-Torca" tal-Hadd 2 ta' Ottubru 2022.
