top of page

Laqgha Generali Straordinarja

Writer's picture: Josef SpiteriJosef Spiteri

Updated: Aug 8, 2022

8 t’ Awwissu 2022


Għażiż Membru,


Nixtieq ninfurmak li ser issir Laqgħa Ġenerali Straordinarja nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu 2022 fis-sede` tas-soċjeta` tagħna. Il-laqgħa tibda fis-6:00am b’nofs siegħa tard jekk ma jintlaħaqx quorum.


Nixtieqek tagħti mportanza lil din il-laqgħa. Il-preżenza tiegħek tiswa biex tistimola u biex tħeġġeġ aktar lill-membri tal-kumitat fil-ħidma tagħhom.


Programm Laqgħa Ġenerali Straordinarja

Ħatra tas– sedja

Approvazzjoni ta` l-Aġenda

Qari u Approvazzjoni tal– Minuti tal– Laqgħa ġenerali preċedenti

Emenda tal-Istatut – Artiklu 2

Għeluq tal-laqgħa


Dawk kollha li jixtiequ jgħaddu xi suġġerimenti jew adendi jew ilmenti, jistgħu jagħmlu dan billi jiktbu lis-Segretarju sal-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu 2022. Ma jintlaqawx ittri wara din id-data.


Menswalita`


Infakkar lil dawk li għandhom il-menswalita` b’lura biex jaġġornaw. Dan tista` tagħmlu jew billi tibgħat ċekk lill-Kaxxier fl-indirizz t’hawn fuq jew inkella tista` tibaghat ħlas fuq BOV jew Revolut fuq 99881876 jew tavviċina xi membru tal-kumitat. Kull min jrid li jirregola ruħu jista` jagħmel dan ukoll fil-Laqgħa Ġenerali.


Josef Spiteri

Segretarju Ġenerali


8 views0 comments

Recent Posts

See All

コメント


Abbona għan-Newsletter Tagħna

Grazzi!

© 2021 Banda Kuncizzjoni Ħamrun.

5, Pjazza Kappillan Muscat, Ħamrun 

  • Facebook
  • Instagram

Din il-website hija ko finanzjata mill-Agenzija Żgħazagħ flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda.

ghaqda kazini tal-banda_edited.png
AZ logo big.png

Proudly designed and developed by​

bottom of page