top of page

Parata tal-Baned fil-Hamrun

4 ta' Frar 2024



Il-Banda taghna ser terga tkun qed tiehu sehem fil-Parata tal-Baned fil-hamrun mtella mill-Kunsill Lokali Hamrun. Din ser ssir nhar il-Hadd 4 ta' Frar 2024 bejn id-9:30am u 1pm. Fiha ser ikun hemm 6 baned , kumpaniji taz-zfin, Karrijiet u ohrajn.


F'din l-edizzjoni l-Banda taghna ser tkun qed ddoqq marci grotteski u ser jkollna t-tema tal-Milied. Infatti mill-isem "Il-Milied immisjajna u il-Karnival mal-Banda Kuncizzjoni cceleberajna" wiehed jista' jinduna x'ser tkun it-tema.


It-tema tal-Karru u tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni hija:


Il-Milied immissjajna u mal-Banda Kunċizzjoni l-Karnival iċċelebrajna.

Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u l-Missier tal-Milied (il-Father Christmas) bħal kulħadd inqabad f' ħafna attivitajiet li ma kienux ippjanati. Fosthom diversi attivitajiet organizzati mill-ħabrieki Kunsill Lokali tal-Ħamrun. B' dispjaċir missier il-Milied ma leħaqx ġie biex iqassam ir-rigali f' Diċembru u wasal ftit ġranet wara. B' sorpriża kbira sab li fil-Ħamrun kien għaddej il-Karnival u l-Parata tal-Baned u ddeċieda li jingħaqad mal-Banda Kunċizzjoni għall-Karnival. Din is-sena l-Banda Kunċizzjoni qed tiċċelebra l-45 sena mit-Twaqqif tagħha u għalhekk kienet qed tiċċelebra bil-kbir dan l-anniversarju. Ġabar miegħu diversi bandisti u ma naqssietx ukoll Ms Ħamrun li nnagħqdet magħna għal din l-okkażjoni.





5 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page