Kummissjonijiet
- Josef Spiteri

- May 26, 2021
- 1 min read
Updated: Feb 15
Sotto Kumitat fi ħdan l-Għaqda
Celestini Kids and Youth Club
Din il-fergha li hija mmexxija mis-Sinjorina Abigail Ellul flimkien ma' ghad ta' genituri ohra, ghandha l-irwol sabiex tahdem sabiex tressaq aktar tfal u zghazagh lejn il-kazin. Hija wkoll ser tohloq attivitajiet ta' Interess ghat-tfal u zghazagh fil-parrocca taghna. Fosthom fil-Karnival, fil-Festa, fil-Milied u fl-Ghid.
Kummissjoni Partitarji
Il-kummissjoni Partitarji twaqqfet fl-1996 mis-sinjuri Simon u Josef Spiteri. L-għan tagħha kien li tibda ssir ħidma fuq l-armar tal-marċijiet tagħna u l-briju tagħhom. Ma kinitx faċli iżda b'rieda tajba irenxxelhom joħolqu xi ħaġa li s-soċjeta' tagħna qatt ma kellha.
Saru diversi Proġetti fosthom, il-bandalora l-kbira, l-imrewħa, l-armar tal-festa tal-faċċata tal-Każin, Bandiera ġdida għall-arblu tas-soċjeta' oħrajn. Din il-Kummisjoni dejjem kellha l-għan prinċipali li tgħin lill-Kumitat eżekuttiv u tixpruna ż-żgħażagħ jersqu lejn il-każin.
Kummissjoni Banda
l-Għan prinċipali tas-Soċjeta' tagħna hu t-tgħalim tal-mużika u l-esekuzzjoni ta' daqq fil-pubbliku. Għalhekk dejjem kienet uġiħ ta' ras kbira in fejn ser inġibu l-bandisti sabiex idoqqu magħn, aktar u aktar meta l-festa tagħna taħbat ma 7 festi oħra u allura jkun hawn domanda qawwija ta' bandisti. Din hija ffurmata mis-surmastrijiet tagħna, segretarju u s-Sur Saviour Spiteri (delegat banda)
Kummissjoni Proġett 50 Anniversarju
Din il-Kummissjoni ser tieħu ħsieb tikkordina dak kollu li ghandu x'jaqsam maċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversaju li jahbtu fl-2029, mmexxija minn diversi membri tal-Kumitat.
Kummissjoni Plancier
Din il-Kummissjoni qed tiehu hsieb tikkordina x-xoghol kollu fuq il-plancier tal-banda, taht is-supervizzjoni tas-Segretarju Josef Spiteri li huwa ukoll id-disinjatur tal-istess plancier. Fost l-ohrajn insibu lill-Randolf u Natahniel Scerri li qed jikkordinaw l-iskultura li ser tkun kollha kemm hi minn 3D printing mahduma inhouse fuq supervizzjoni tal-Artist Manuel Grech.




Comments